MFSA Warning - Lor Service Libre
AUGUST 21, 2019

The Malta Financial Service Authority (“MFSA”) has become aware of an entity by the name of Lor Service Libre which is promoting the provision of loan services via social media; services which are licensable and fall under the Banking Act, Chapter 371 of the Laws of Malta.

The Authority would like to inform the public that Lor Service Libre is NOT registered NOR authorised by the MFSA to provide loan services, any form of credit services or any other financial services in Malta. The MFSA therefore alerts the public, in Malta and abroad, to refrain from undertaking any business or transactions with the above-mentioned entity.

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. A list of MFSA licensed entities is available and can be viewed on the official website of the MFSA at http://www.mfsa.mt/pages/licenceholders.aspx.

If you are a victim of a scam or think you might be dealing with an unauthorised entity or any other type of financial scam, stop all transactions with the entity and contact the MFSA at https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ as soon as a suspicion arises.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) saret taf b’entità bl-isem Lor Service Libre li qegħda tippromovi servizzi ta’ self ta’ flus permezz tal-midja soċjali, servizzi li jirrikjedu liċenzja u li jaqgħu taħt l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, Kapitolu 371 tal-Liġijiet ta’ Malta.

L- Awtorità tixtieq tavża lill-pubbliku li Lor Service Libre MHIX reġistrata u LANQAS awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ self ta’ flus, kwalunkwe servizzi ta’ kreditu jew servizzi finanzjarji oħra f’Malta. L-MFSA għalhekk twissi lill-pubbliku, kemm f'Malta u anke barra minn Malta, biex ma tagħmilx negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità msemmija hawn fuq.

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu fl-ebda tranżazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ikunu aċċertaw li l-entità li magħha qed issir it-tranżazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli. Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.mt/pages/licenceholders.aspx.

Jekk inti vittma ta’ xi frodi jew taħseb li jista’ jkollok x’taqsam ma’ entita’ li mihiex awtorizzata jew xi tip ta’ ingann finanzjarju, waqqaf kull tranżazzjoni ma’ din l-entita’ u ikkuntattja l-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ hekk kif ikollok xi suspett.