The Malta Financial Services Authority (“MFSA” or “the Authority”) has become aware of an entity operating under the name of Bitmarket, which has an internet presence at www.bitmarket.com, however the website is currently offline.
The MFSA wishes to alert the public, in Malta and abroad, that Bitmarket is NOT a Maltese Registered Company NOR licensed or otherwise authorised by the MFSA to provide any financial services which are required to be licensed or otherwise authorised under Maltese law. Furthermore, information available to the MFSA, suggests that Bitmarket is likely to be a scheme of dubious nature with a high risk of loss of money. The public should therefore refrain from undertaking any business or transactions with the above-mentioned entity.
The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Investors should also be extra cautious when being approached with offers of financial services via unconventional channels such as telephone calls or social media.
A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the MFSA at https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.
Verżjoni bil-Malti
L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA” jew “l-Awtorità”) ġiet infurmata b’entità li qed topera bl-isem ta’ Bitmarket u li għandha preżenza fuq l-internet fuq is-sit www.bitmarket.com, madankollu il-websajt bħalissa hija offlajn.
L-MFSA tixtieq tinforma lill-pubbliku f’Malta u barra mill-pajjiż, li Bitmarket MHIX kumpanija rreġistrata hawn Malta u LANQAS M’HI liċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi kwalunkwe servizzi finanzjarji li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija. Barra minn hekk, informazzjoni disponibbli għall-MFSA, tindika li Bitmarket hi x'aktarx skema ta' natura dubjuża b'riskju kbir ta' telf ta' flus. Għalhekk il-pubbliku m’għandu jidħol fl-ebda ftehim kummerċjali jew tranżazzjonijiet mal-entità msemmija.
L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċertI li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. Investituri għandhom ukoll jaġixxu b’kawtela massima meta jsirulhom offerti ta’ servizzi finanzjarji b’metodi mhux konvenzjonali bħal telefonati jew permezz tal-midja soċjali.
Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.