MFSA Notice - Cryptocurrency Token - Unauthorised Use of Name
MAY 10, 2021

The Malta Financial Services Authority (“MFSA”) would like to bring to the attention of consumers that the Malta Gaming Authority (“MGA”) has recently issued a statement in respect to a cryptocurrency token going by the name of  “Malta Gaming Authority”. Consumers are hereby advised that such token has NO affiliation with the MGA and any such claimed affiliation, is false and misleading.

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Financial regulations oblige licensed businesses to comply with strict legal requirements in the interest of investors and the financial markets. The activities of unlicensed entities are unregulated making transactions with such entities risky for consumers.

A list of MFSA licensed entities is available and can be viewed on the official website of the MFSA at https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-konsumaturi li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob (“MGA”) reċentement ħarġet stqarrija fir-rigward ta’ cryptocurrency token bl-isem ta’ “Malta Gaming Authority”. Il-konsumaturi huma avżati li t-tali token m'għandu l-ebda affiljazzjoni mal-MGA u li kwalunkwe affiljazzjoni ddikjarata, hija falza u qarrieqa.

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. Ir-regolamenti finanzjarji jobbligaw lil negozji liċenzjati sabiex jikkonformaw ma' rekwiżiti legali stretti fl-interess tal-investituri u s-swieq finanzjarji. L-attivitajiet ta' entitajiet li m’humiex liċenzjati, m’humiex regolati u b’hekk, tranżazzjonijiet ma' entitajiet bħal dawn huma riskjużi għall-konsumaturi.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.