The Malta Financial Services Authority (“MFSA” or “the Authority”) has become aware of an entity operating under the name of Cryptofrix which has an internet presence at https://cryptofrix.com/.
The Authority would like to inform the public in Malta and abroad, that Cryptofrix is NOT licensed or otherwise authorised by the MFSA to provide the services of a cryptocurrency online wallet and exchange platform or any other financial services which are required to be licensed or otherwise authorised under Maltese law.
The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Financial regulations oblige licensed businesses to comply with strict legal requirements in the interest of investors and the markets. The activities of unlicensed entities are unregulated, making transactions with such entities risky for consumers.
A list of MFSA licensed entities is available and can be viewed on the official website of the MFSA at https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.
Verżjoni bil-Malti
L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA” jew l-Awtorità ) ġiet infurmata b’entità li qed topera bl-isem ta’ Cryptofrix, u li għandha preżenza fuq l-Internet fis-sit https://cryptofrix.com/.
L-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku f’Malta u barra li Cryptofrix, MHIJIEX liċenzjata jew b’xi mod ieħor awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ online wallet ta’ cryptocurrency u pjattaforma ta’ skambju jew kwalunkwe servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew awtorizzati b’xi mod ieħor taħt il-liġi Maltija.
L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel jaċċertaw lilhom infushom li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. Regolamenti finanzjarji jobbligaw lil negozji liċenzjati biex jikkonformaw ma’ rekwiżiti legali stretti fl-interess tal-investituri u tas-swieq. L-attivitajiet ta’ entitajiet mhux liċenzjati mhumiex regolati, u għaldaqstant transazzjonijiet ma’ dawn il-kumpaniji huma riskjużi għall-konsumaturi.
Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-Awtorità fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.