MFSA Warning - Expertztrade - Unlicensed Entity
FEBRUARY 11, 2021

The Malta Financial Services Authority (“MFSA”) has become aware of an entity operating under the name of Expertztrade which has an internet presence at https://www.expertztrade.com.

The MFSA wishes to alert the public, in Malta and abroad, that https://www.expertztrade.com is NOT a Maltese registered Company NOR licensed or otherwise authorised by the MFSA to provide any investment services or other financial services which are required to be licensed or otherwise authorised under Maltese law.

The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Investors should also be extra cautious when being approached with offers of financial services via unconventional channels such as telephone calls or social media.

A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the MFSA at https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

If you are a victim of a scam or think you might be dealing with an unauthorised entity or any other type of financial scam, first of all stop all transactions with the company and contact the MFSA at https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ as soon as a suspicion arises.

Verżjoni bil-Malti

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) ġiet infurmata b’entità li qed topera bl-isem ta’ Expertztrade u li għandha preżenza fuq l-internet fis-sit  https://www.expertztrade.com.

L-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku f’Malta u barra mill-pajjiż, li https://www.expertztrade.com Limited MHIJIEX kumpanija rreġistrata hawn Malta u LANQAS M’HIJA liċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ investiment jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija.

L-MFSA tixtieq tfakkar lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel ma jkunu ċerti li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. Investituri għandhom ukoll jaġixxu b’kawtela massima meta jsirulhom offerti ta’ servizzi finanzjarji b’metodi mhux konvenzjonali bħal telefonati jew permezz tal-midja soċjali.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Jekk int vittma ta' qerq jew xi tip ieħor ta’ ingann finanzjarju, jew taħseb li tista' tkun qed tittratta ma’ entità mhux awtorizzata, l-ewwelnett waqqaf it-tranżazzjonijiet kollha mal-kumpanija u ikkuntattja lill-Awtorità fuq https://www.mfsa.mt/about-us/contact/ hekk kif ikun hemm suspett.