The Malta Financial Services Authority (“MFSA”) has become aware of an entity which is known to have an internet presence at http://aqa.capital/ which is falsely claiming to be associated with a licenced and authorised entity. Fraudsters are using the details of the genuine company in an effort to deceive the public in Malta and abroad.
The Authority would like to inform the public that http://aqa.capital/ claims to have a presence in Malta, the MFSA does not believe that to be the case. The MFSA can confirm that http://aqa.capital/ has NO association with the authorised and licenced company AQA Capital Ltd (C 70143), which is a Malta based company, having its registered office address at 171, Old Bakery Street, Valletta.
The MFSA confirms that http://aqa.capital/ is a ‘clone’ of a legitimate entity and that the public should therefore refrain from undertaking any business or transactions with the false entity.
The MFSA would like to remind consumers of financial services not to enter into any financial services transaction unless they have ascertained that the entity with whom the transaction is being made is authorised to provide such services by the MFSA or another reputable financial services regulator. Investors should also be extra cautious when being approached with offers of financial services via unconventional channels such as telephone calls or social media.
A list of entities licensed by the MFSA can be viewed on the official website of the MFSA at http://www.mfsa.mt/pages/licenceholders.aspx.
Verżjoni bil-Malti
L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) tixtieq tavża lill-pubbliku dwar entità li għandha preżenza fuq l-internet fis-sit elettroniku http://aqa.capital/ u li b’mod qarrieqi qeda tgħid li hi assoċjata ma entita’ regolata u liċenzjata. Individwi frodaturi qiegħdin jużaw id-dettalji ta’ entita’ ġenwina biex iqarrqu bil-pubbliku f’Malta u barra minn Malta.
L-MFSA tixtieq tavża lill-pubbliku li http://aqa.capital/ issostni li għandha preżenza ġewwa Malta iżda l-MFSA taħseb li din ir-rappreżentazzjoni hija falza. L-MFSA tikkonferma li http://aqa.capital/ mhix assoċjata mal-kumpanija liċenzjata u awtoriżżata AQA Capital Ltd (C70143), li hija kumpanija bbażata f’Malta u li għandha l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat ġewwa 171, Old Bakery Street, Valletta.
L-MFSA tikkonferma li http://aqa.capital/ hija klonu ta’ entita’ leġittima u għaldaqstant, il-pubbliku m’għandhux jidħol f’negozju jew transazzjonijiet mal-entità qarrieqa.
L-MFSA tappella lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji jaċċertaw lilhom infushom li l-entità li magħha qed isir it-transazzjoni hija awtoriżżata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli. Investituri għandhom jaġixxu b’kawtela massima meta jsirulhom offerti ta’ servizzi finanzjarji b’metodi mhux konvenzjonali bħal telefonati jew permeżż tal-medja soċjali.
Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli mingħand l-MFSA u tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.